It-tilqima tal-influwenza għas-sena 2016/2017 ser tibda tingħata mis-7 ta’ Novembru. Persuni li għandhom 55 sena u fuqhom, tfal ta’ bejn is-6 xhur u 59 xahar, persuni li jbatu minn mard kroniku tal-pulmun, qalb, fwied, kliewi, d-dijabete u kundizzjonijiet ta’ immunodefiċjenza li jinkudi l-HIV u l-AIDS huma intitolati għal din it-tilqima mingħajr ħlas. Dawn tal-aħħar iridu juru l-kartuna s-safra jew ċertifikat mediku riċenti li jsemmi dan il-mard.
Il-Ministeru għas-saħħa spjega li ser tingħata prijorità lil persuni msemmija għat-tilqima sas-19 ta’ Novembru. Wara din id-data it-tilqima ser tingħata lil kull min jixtieqha sakemm iservu. Kull min għandu ’l fuq minn sitt xhur jista’ jirċievi t-tilqima kontra l-influwenza.
Bejn is-7 u d-19 ta’ Novembru l-kliniċi tat-tilqim fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal- Furjana, il-Mosta u r-Raħal Ġdid se jkunu miftuħa f’dawn il-ħinijiet: mill-10:00 sas-13:00 u mis-14:00 sas-19:00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Is-Sibtijiet mill-10:00 sa 12:00 u mis-13:00 sas-19:00.
Dawk tal-Gżira, ir-Rabat, Bormla, B’Kara u Ħal-Qormi jiftħu: mill-10:00 sas-13:00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-10:00 sa 12:00 nhar ta’ Sibt.
Mill-21 ta’ Novembru ’l quddiem it-tilqima tingħata waqt il-ħinijiet normali tal-ftuħ taċ-Ċentri tas-Saħħa.
Kull persuna li tixtieq tircievi t-tilqima għandha dejjem tippreżenta l-karta tal-identità tagħha.
Tfal li se jitlaqqmu għandhom ikollhom il-ktieb jew rekord tat-tilqim magħhom.