L-organizzaturi tal-konkors tas-sbuħija, Miss Malta ħabbru li sar żball fl-għoti tat-tieni post.
F’dikjarazzjoni fuq Facebook, huma qalu li bi żball fit-tieni post ġiet msejħa Natalya Galdes, Miss Sliema, iżda meta imbagħad reġgħu ngħaddu l-voti taħt is-superviżjoni taċ-Chairman tal-Ġurija u n-Nutar, intqal li fil-fatt kienet Miss Attard li ġiet fit-tieni post.
Dan ir-riżultat ġie kkomunikat ukoll maż-żewġ tfajliet involuti u t-tnejn li huma aċċettaw l-aħħar riżultat uffiċjali.
Għalhekk Nicole Agius ġiet fit-tieni post u rċeviet it-titlu ta’ ‘Miss Republic of Malta’.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/03/02/li-ddispjacini-hu-li-ommi-u-missieri-ma-rawniex-nirbah-it-titlu-fuq-il-palk/