Passiġġier li għadda mill-ajruport biex imur l-Amman, tilef kemxa tajba wara li ma ddikjarax l-ammont li kien qiegħed iġorr fuqu.
Uffiċjali tad-dwana fl-arjuport kienu qed jimmoniterjaw il-bagalji fis-sala tat-tluq indunaw li passiġier li kien ħa jmur f’titjira lejn Amman fil-Ġordan kien qiegħed iġorr ħafna iżjed flus milli kien iddikjara.
Fil-fatt ġie stabbilit li r-raġel kien qiegħed iġġorr €31,390. 10,000 minnhom ingħataw lura lill-passiġier, waqt li l-kumplament baqgħu miżmuma minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Il-liġi ma tistippulax ammont definit ta’ kemm il-passiġiera jistgħu jġorru magħhom meta jkunu jitilgħu abbord. L-importanti hu li l-ammont ikun iddikjarat.
Id-Dwana stqarret li sa issa f’din id-dinja nqabbdu 29 każ simili u ġew ikonfiskati mal-€790,824, minħabba li ma ġewx iddikjarat.