Sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu waqt li kien għaddej minn Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa, qaċċat il-fence u baqa’ dieħel fl-ajruport.
Ir-raġel, ta’ 30 sena minn Ħaż Żebbuġ, kien qed isuq karozza tat-tip Citroen c2. Huwa ttieħed minn fuq il-post b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Ritratti u filmat: Alex Borg