Raġel ta’ 38 sena minn Bormla qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel fil-faċċata ta’ residenza fil-Fgura.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-05:30 dalgħodu fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħti l-ewwel għajnuna lill-vittma.
Aktar tard kien ikkonfermat li r-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.