Tilef ħajtu l-anzjan ta’ 79 sena mill-Pietà li safa mtajjar fl-Imsida l-Ħadd li għadda.
L-inċident seħħ fis-sitta neqsin għaxar tal-Ħadd filgħaxija fi Triq Marina.
Minn stħarriġ preliminari tal-Pulizija tad-Distrett irriżulta li l-anzjan ittajjar minn vettura tat-tip BMW li kienet misjuqa minn raġel ta’ 35 sena mill-Floriana. Ir-raġel kien sofra minn ġrieħi gravi u kien ġie ċċertifikat fil-periklu li jitlef ħajtu.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.