Xandara fuq l-istazzjoni ABC 7 Chicago, Tanja Babich, libset in-nuċċali l-ġimgħa li għaddiet biex tagħmel punt, b’dan il-ġest spiċċa ġera madwar id-dinja.
Fi tmiem ix-xandira, Babich rringrazzjat lil dawk kollha li bagħtulha messaġġ li xerqilha n-nuċċali waqt ix-xandira. Hi spjegat kif waħda minn uliedha ma kinitx qed tilbes in-nuċċali għax qed tinkwieta li studenti fil-klassi tagħha kienu se jgħidu dwarha.
Għalekk bħala ġest ta’ solidarjetà għażlet li tilbes in-nuċċali hi biex twassal messaġġ li jgħidu x’jgħidu n-nies, mhux affarihom u kif dejjem għandek tibqa’ int kif int.