L-għodda soċjali TikTok se tistabbilixxi limitu ta’ ħin ta’ 60 minuta għall-utenti li għandhom inqas minn 18-il sena.
Jekk dawn iż-żgħażagħ jilħqu l-limitu l-ġdid fl-istess jum, ikollhom idaħħlu passcode biex ikomplu jużaw is-servizz.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Madnakollu, xorta se jkollhom il-libertà li jagħżlu li ma jkunux parti minn din il-miżura l-ġdida, li TikTok se tintroduċi fil-ġimgħat li ġejjin.
L-app hija proprjetà taċ-Ċina, u kelliema għall-kumpanija qalu li se jintroduċu din il-karatteristika biex jgħinu lin-nies jikkontrollaw tal-użu tagħhom.
Ritratt: Robin Utrecht/Rex/Shutterstock