Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, ta l-approvazzjoni tiegħu dwar qbil li se jkun qed iħalli l-app Ċiniża, TikTok, tkompli topera fl-Istati Uniti.
Trump spjega kif hu jaqbel mal-qbil bejn TikTok u l-kumpaniji Amerikani Oracle u Walmart.
Trump kien ordna biex l-app tiġi pprojbita mill-Istati Uniti wara tħassib dwar is-sigurta nazzjonali, b’suspetti li l-imħuħ wara TikTok kienu qed jgħaddu informazzjoni lill-Gvern Ċiniż.