Il-pubbliku qed jiġi mwissi dwar numru ta’ prodotti li m’għandhomx jiġu kkunsmati hekk kif fihom ingredjent li potenzjalment fih l-ethylene oxide. Dan wara li nħareġ avviż mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Il-prodotti huma dawn t’hawn isfel.
Deskrizzjoni tal-prodott | Kwantità Piż | Lott | Data tad-durabbiltà |
Snickers Ice Cream Bar Multipacket | 4x53ml | 103F1DOE02 103F3DOE02 111A3DOE02 | 31/12/2022 31/12/2022 28/02/2023
|
Twix Ice Cream Bar Multipacket | 4×43.1ml | 047A1DOE01 104A2DOE01 108B1DOE01 108A2DOE01 | 31/10/2022 31/12/2022 31/01/2023 31/01/2023
|
Bounty Ice Cream Bar Multipacket | 4×50.1ml | 048D1DOE02 109B2DOE02 109C1DOE02 | 31/10/2022 28/02/2023 28/02/2023
|
L-ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropea, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE.
Għalkemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.