Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni addizjonali li rċieva permezz tal-operatur stess, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati għaliex instab li fihom ingredjent li potenzjalment fih l-Ethylene oxide.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.