Avviż:
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ capsaicin. Capsaicin huwa estratt tal-bżar aħmar jaħraq (iċ-chilli). Livelli għoljin ta’ dan l-estratt jistgħu jwasslu għal irritazzjoni serja fis-sistema gastrika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI