Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat perezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba r-riskju li jisplodu l-fliexken minħabba pressa fil-prodott magħluq.
Deskrizzjoni tal-prodotti: | Xarbiet mhux alkoħoliċi bit-togħma ta’ Green Tea, Rummien u Ġinġer fi fliexken tal-ħġieġ |
Isem tal-Prodotti: | Kombucha Te` Verde (Green Tea)Kombucha Melograno (Rummien)Kombucha Zenzero (Ġinġer) |
Ditta: | KARMA |
Volum: | 500ml |
Dati tad-durabbilita`: | Kombucha Te` Verde: 19/02/2019Kombucha Melograno: 15/02/2019Kombucha Zenzero: 20/02/2019 |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.