Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijja prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati.
Il-prodott t’hawn taħt m’għandux jiġu kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide) fil-ġunġlien li jinstab fl-istess prodotti.
F’dawn l-aħħar ġimgħat instab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madanakollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.
Prodott: | Ottijiet Ottijiet miksijin biċ-ċikkulata |
Ditta: | Busy Bee |
Piż: | 320g |
Dati ta’ Durabbiltà Minima: | Id-dati kollha bejn u inkluż it-3/12/2020 sal-24/03/2021 |
Lottijiet: | Il-lottijiet kollha minn u inkluż OTT768 sa OTT804 |
Fil-prodott t’hawn taħt, f’dawn l-aħħar ġimgħat nstab li l-kimika ethylene oxide setgħat kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madankollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.
Prodott: | Croccante con Sesamo (Qriemeċ bil-ġunġlien) |
Ditta: | Crownfield ‘Limited Edition’ |
Piż: | 50g |
Data tad-durabbilità: | 12/2021 (l-aħħar ta’ Diċembru 2021) |
Lottijiet: | L201019 u L201021 |
Dan il-prodott t’hawn taħt m’għandux jiġi wżat minħabba li wara analiżi li saret, nstab li fih livelli ta’ Primary Aromatic Amines (PAAs) iktar minn dawk stabbiliti fir-regolamenti.
Primary Aromatic Amines (PAAs) huma grupp ta’ sustanzi kimiċi li jiffurmaw f’ċertu industriji ta’ manifattura bħall-linka li tintuża għall-istampar fuq kartun u plastic, fost l-oħrajn. Jistgħu jiffurmaw ukoll meta jinħadem ċertu tip ta’ plastik li jkun flessibli. Xi PAAs jistgħu jgħamlu ħsara lis-saħħa għaldaqstant ma jistgħux jintstabu f’livelli iktar minn dak permess fil-liġi, speċjalment fi prodotti li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-ikel.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Mgħarfa mtaqqba, magħmula minn plastik iswed u manku tal-metall. |
Numru tal-barcode: | EAN 4326470445032 |
Oriġini | Magħmula fiċ-Ċina, impurtata mill-Ġermanja |