Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qed jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni allerġiċi għall-karawett peress li nstab li fihom karawett li mhux iddikjarat fuq it-tikketti.