Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li dan il-vape m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li fih volum eċċessiv ta’ likwidu li fih in-nikotina. Dan jista’ jwassal għall-konsum aċċidentali ta’ doża għolja ta’ nikotina. In-nikotina hija tossika b’mod akut u tista’ tipperikola s-sigurtà tal-utent notevolment, jekk il-prodott jiġi f’kuntatt mal-ġilda jew jiġi inġerit.
Barra minn hekk, it-tikkettar tal-prodott huwa qarrieqi, u ma fihx informazzjoni dwar il-kontenut ta’ nikotina, il-konċentrazzjoni u l-ammont f’kull doża. Bħala konsegwenza, il-konsumaturi ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-użu sigur tal-prodott.