Wara testijiet imwettqa minn laboratorju akkreditat, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li fih volum eċċessiv ta’ likwidu li fih in-nikotina u konċentrazzjoni eċċessiva ta’ nikotina.
Dan jista’ jwassal għall-konsum aċċidentali ta’ doża għolja ta’ nikotina.
Il-konsumaturi huma mħeġġa jiċċekkjaw regolarment fuq il-pjattaforma online ‘Safety Gate’ fil-link: (https://ec.europa.eu/safety-gate/) biex jiżguraw li prodott ma jkunx elenkat bħala prodott perikoluż.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt.
Il- pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
It-tipjip jagħmel ħsara lilek u lil ta’ madwarek. Health Promotion and Disease Prevention Directorate (HPDP) Malta joffri sapport b’mod individwali b’xejn sabiex wieħed jieqaf ipejjep. Ċempel Quitline fuq 80073333.