Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed iwissi sabiex ma jkunx ikkunsmat Kemmun Mitħun tad-ditta TRS li għandu durabbilità sa April 2023.
Dan għaliex il-prodott fih livell għoli ta’ pestiċidji varji li jiżboq dak stipulat mill-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew.
Għall-aktar informazzjoni l-pubbliku huwa mħeġġeġ li jċempel jew jagħmel kuntatt mad-Direttorat permezz tan-numru 2133 7333 jew permezz tal-email mhi@gov.mt.