Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed iwissi lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, il-butir vegan tad-ditta Naturli’ jista’ jkun ta’ riskju jekk jittiekel minn persuni li huma allerġiċi/intolleranti għall-ħalib minħabba li jista’ jkun fih traċċi ta’ ħalib.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Altenattiva (vegana) għall-butir – Organic vegan spreadable |
Ditta: | Naturli’ |
Użin: | 225g |
Dati tad-durabbilita`: | Id-dati kollha bejn 30/08/2019 u 27/11/2019, inkluż il-lott numru L9164 |
Oriġini: | Danimarka |