Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġu kkunsmat għaliex instab li fih ingredjent li potenzjalment fih l-Ethylene oxide.
Deskrizzjoni tal-prodott | Crema Da Cucina 100% Vegetale |
Ditta | Carrefour |
Piż: | 20ml |
Data tad-durabbilità | 26/12/2021 |
Lott | 21090 |
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali spjega li l-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropej, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE. Għalkhemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien.
Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx. Din it-twissija qed tinħareġ ukoll wara li kien hemm qbil bejn l-Istati Membri hekk kif rappurtat fuq: https://ec.europa.eu/food/system/files/2021-07/rasff_ethylene-oxide-incident_e410_crisis-coord_sum.pdf
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.