Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand l-pubbliku u kkonfermata mill-kumpanija involuta, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba preżenza ta’ mikro-organiżmi.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Ħalib pasturizzat, parzjalment xkumat |
Ditta: | Milbona |
Dati tad-durabbilita`: | 14/10/2019; 15/10/2019; 18/10/2019; 20/10/2019 |
Volum: | Litru |
Oriġini: | Ġermanja |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.