Il-pubbliku qed ikun iwissi mid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali biex ma jikkunsmawx ‘soy sauce’ tad-ditta Datu Puti li jidher fir-ritratti minħabba li fih instabu livelli ta’ 3-MCPD iktar għoljin minn dak permess fil-liġi. Din il-kimika hi maħsuba li tista’ tikkawża l-kanċer fl-umani.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.