Wara l-introduzzjoni ta’ liġijiet ġodda fiċ-Ċina, il-kumpanija wara l-app popolari ‘Tik tok’ ħabbru li ser ikunu qed joħorġu mis-suq f’Hong Kong fil-jiem li ġejjin. Fil-jiem li għaddew il-kumpanija wara l-app popolari li tħalli lil min jużaha jaqsam filmati qosra mal-pubbliku, kienet pubblikament irrifjutat li jekk tkun mitluba, tgħaddi dettalji personali dwar min juża l-app lil Gvern Ċiniż jew tittollera xi tip ta’ Ċensura mill-istess Gvern. Iżda issa l-liġijiet kontroversjali ġodda introdotti f’Hong Kong ser jagħtu iżjed poteri lill-gvern Ċiniż. Il-kumpaniji Facebook, Whatsapp, Twitter, Google u Telegram ukoll ħabbru li ser ikunu qed jagħmlu bidliet fl-operat tagħhom f’Hong Kong.
Intant, fid-dawl tat-tensjoni li hemm l-Istati Uniti u ċ-Ċina, is-segretarju tal-istat Amerikan, Mike Pompeo stqarr li l-Istati Uniti qed iħares lejn il-possibilità li l-użu ta’ ‘Tik tok’ ikun ipprojbit fl-Istati Uniti. Dan filwaqt li ta x’jifhem li l-kumpanija wara din l-app popolari qed tagħddi l-informazzjoni lill-Partit Komunista Ċiniż.