Ħarġet twissija dwar il-prodott Sweet Apricot Kernels mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika. Dan id-direttorat irċieva informazzjoni dwar dan il-prodott u li m’għandux ikun ikkonsmat minħabba li fih livell għoli ta’ Ċjanur li jista jwassal għal tossiċità.
Id-ditta li tbiegħu hija Morgenland. Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 21337333.
Deskrizzjoni tal-Prodott: Qlub tal-berquq ħelwin
Ditta: Morgenland
Użin: 250g
Numri tal-Lott: L160571 u L160369
Dati tad-durabbilita`: 22/03/2017 u 02/03/2017
Oriġini: Pakistan
Id-direttorat spjega li l-kumpanija nvoluta ddikjarat li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet u għalhekk huwa fid-dmir tagħha li tinforma l-pubbliku.