Il-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa ta’ Cagnes-sur-Mer Franza saret it-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran u l-Baħar l-Iswed. F’din it-tiġrija ħadu sehem tmienja iżda ħamsa biss kienu qed jikkompetu bħala kampjonat. Fl-ewwel tliet pożizzjonijiet daħlu sewwieqa Franċiżi li ma kienux jiffurmaw parti mill-kompetizzjoni biex għalhekk kien it-Taljan Walter d’Ambrogio li ġie ddikjarat rebbieħ segwit minn Noel Baldacchino u fit-tielet post il-Franċiż Dylan Garcia.
Wara din it-tappa Franza jinsabu l-ewwel b’19-il punt, l-Italja t-tieni b’17-il punt u Malta t-tielet b’16-il-punt. It-tappa li jmiss issir f’Mangalia r-Rumanija nhar il-Ħadd 4 ta’ Settembru.