Illum, 14 ta’ Marzu 2018 kienet okkażjoni speċjali għas-Seminarju Minuri ta’ Għawdex hekk kif ġiet inawgurata l-librerija l-ġdida. F’din l-attività uħud mill-istudenti spjegaw l-importanza u x-xogħol tal-librar u urew l-attivitajiet li jiġu organizzati fil-librerija tal-iskola biex igħinu lill-istudenti jiffamiljarizzaw ruhhom aktar mal-qari, il-kotba u l-uzu tagħhom għar-riċerka.
It-tberik tal-librerija sar mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex. Kien hemm id-diskorsi tal-okkażjoni minn Monsinjur Isqof u mis-Surmast tal-iskola, il-Kan. Emmanuel Saliba fejn fost oħrajn spjegaw kemm huwa importanti li naqraw regolarment u li ndaħħlu il-kelma t’Alla fil-qari tagħna.
L-istudenti tal-Home Economics u tal-Hospitality bl-għajnuna tal-għalliema tagħhom ippreparaw ikel u xorb għal din l-okkazjoni.
Għall-attività attendew il-kapijiet tal-iskejjel tal-knisja f’Għawdex u diversi uffiċjali għolja fis-Segretarjat tal-Iskejjel tal-Knisja.
Dan ir-rapport tħejja minn Gabriel Attard : Student tal-11-il Sena (Form 5)