Waħda mill-eqdem djar f’Malta, Villa Barbaro f’Ħal Tarxien, ingħatat aktar protezzjoni permezz ta’ żona apposta li tkopri diversi propjetajiet faċċata tal-villa fi Triq iż-Żejtun.
Iċ-Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar Martin Saliba stqarr li Villa Barbaro diġà kellha żona ta’ protezzjoni li ngħatat lura fl-elfejn u disgħa iżda nħass il-bżonn li din iż-żona tiġi estiża biex tkompli tiġi ssalvagwardjata din il-propjetà unika.
Villa Barbaro flimkien mal-ġonna estensivi tagħha nbnew lura fis-seklu sittax mill-familja li warajha ħadet isimha l-villa. Din l-istess villa kienet skedatha lura fl-elfejn, disa’ mija, sitta u disgħin u mbagħad iż-żona skedata kienet estiża biex tkopri l-ġonna u ż-żona ta’ protezzjoni.