Milena Debono ta’ 36 sena mill-Fgura nżammet arrestata wara li ġiet mixlija b’serq ta’ flus kontanti, karti ta’ kreditu u laptop. Debono allegatament serqet minn residenza fil-Gżira waqt li kienet armata b’sikkina nhar is-Sibt li għadda. Hawn raġel spiċċa msakkar f’gallarija.
Fil-Qorti, iżda, il-Prosekuzzjoni spjegat li Debono kienet involuta f’sensiela ta’ serq ieħor armat kemm f’Tas-Sliema kif ukoll fil-Gżira bejn is-26 ta’ Diċembru u t-3 ta’ Jannar li għaddew.
Hi ġiet akkużata li l-għada tal-Milied allegatament serqet mobile u mija u ħamsin ewro Lejlet l-Ewwel tas-Sena, waqt li jumejn wara heddedt u serqet anzjana għal total ta’ mitejn u ħamsin ewro.
Madankollu, Debono wieġbet mhux ħatja għall-akkużi kollha miġjuba kontriha.
Waqt li d-difiża m’għamlitx talba għall-bail, ġiet milqugħa talba oħra biex, sakemm ikunu għaddejjin il-proċeduri, tibqa’ tinżamm fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli.
AQRA AKTAR: