Xjentisti minn Liverpool School of Tropical Medicine u l-Università ta’ Queensland għadhom kif solvew misteru ta’ kif ħuta bi snien ipuntati tigdem gidma gidma li ma tinħassx.
Ir-riċerkaturi saru jafu li l-ħuta ċkejkna li tissejjaħ, fang-blenny, għandha tip ta’ valenu li jelimina l-kimiċi tal-uġiegħ u għalekk meta tigdem, min ikun il-vittma tagħha ma jħossx il-gidma.
Huma qalu li din is-sejba, li ġiet ippubblikata fuq il-ġurnal Current Biology, hi waħda fost l-eżempji ta’ sigrieti relatati mal-mediċina li nistgħu nsibu fl-ibħra tagħna.
Il-kurżità tax-xjentisti bdiet meta il-gidma ta’ din il-ħuta kienet ferm differenti minn dik ta’ ħut oħrajn, dan hekk kif filwaqt li ħut oħrajn kienu jikkawżaw uġiegħ kbir għal min ilaqqat gidma, din il-ħuta kienet l-oppost.