Tliet persuni tilfu ħajjithom kawża tat-tifun Nock-Ten li ħakem il-Filippini u li riesaq lejn il-belt kapitali Manila. Liema belt jgħixu fiha aktar minn miljun u nofs persuna.
L-awtoritajiet avżaw li fil-ħin li ġej Manila mistennija tintlaqat minn xita u għargħar, u kif ukoll riħ qawwi.
Kawża tal-maltempata tqaċċtu numru ta’ siġar u saret ħsara estensiva fil-linji tad-dawl.