Minn tal-inqas, Persuna tilfet ħajjitha wara li t-tifun Hagibis resaq lejn il-Ġappun. Il-Ġappun intlaqat minn riħ qawwi b’forzi ta’ urugan. Jidher li l-maltemp kien beda jnaqqas meta wasal il-Ġappun iżda xorta waħda għadu perikoluż bir-riħ ilaħħaq il-mija u ħamsa u disgħin kilometru fis-siegħa.
Huwa mistenni li tul il-jum t-tifun għandu jolqot sew in-nofsinhar tal-Ġappun, inkluż Tokyo. Huwa maħsub ukoll li madwar mitejn millimetru ta’ xita se jkunu qed jikkawżaw għargħar.
Ritratti fuq midja internazzjonali juri l-ixkafef tal-ħwienet tal-merċa kważi vojta hekk kif l-familji Ġappuniżi qed jippreparaw għall-qilla tal-elementi.