Tifun b’saħħtu laqat lill-Ġappun, bil-konsegwenza li tilfu ħajjithom tliet persuni u ndarbu 90 oħra.
Il-maltempata li laqtet diversi reġjuni fi tmiem il-ġimgħa hekk kif il-Ġappun ivvotat fl-elezzjoni, wasslet għal 350 titjira biex tiġi kkanċellata t-Tnejn filgħodu dan wara li 500 titjira kienu kkanċellati l-Ħadd li għadda.
Midja tal-lokal qed tirrapporta li kien hemm għadd ta’ ferroviji li ġew affettwati.
Fost il-vittmi kien hemm raġel li nqatel wara li waqgħet scaffolding fuqu f’Fukuoko u anzjan ta’ 70 sena li tilef ħajtu meta mar jgħodos wara li d-dgħajsa li kien fuqha kellha xi ħsarat.