Maltemp qawwi li ħakem liċ-ċentru u l-punent tal-Ġappun ħalla minn tal-inqas wieħed u għoxrin persuna midruba, filwaqt li għexieren t’eluf ta’ djar spiċċaw bla dawl.
It-tifun li qed jissejjaħ “Jongdari” ġab miegħu għargħar kbar u riħ b’qawwa ta’ mija u tmenin kilometru fis-siegħa.
L-effetti tiegħu bdew jinħassu kmieni l-Ħadd filgħodu u mistennija jiżdiedu fil-ħin li ġej.