Il-koppja żagħżugħa tibki fuq Xarabank kienet għamlet impressjoni f’każ li jmur lura għal Ġunju tal-2015. Sentejn wara, il-Qorti ħelset lil żewġ kuntistabbli tal-Pulizija minn kull akkuża.
It-tfajla u ġuvni kienu allegaw li sawtuhom il-kuntistabbli David Camilleri u Mark Tonna tar-Rapid Intervention Unit, meta kienu fit-triq tal-Imġarr. Filwaqt li t-tfajla rrakkontat li ż-żewġ Pulizija sawtuhom, l-ispettur l-ispettur Sandro Camilleri kien irribatta l-allegazzjonijiet fil-programm ta’ ġimgħa wara. Dak iż-żmien il-Police Officers’ Union kienet għadha fil-bidu tagħha.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech illum ma sabet lill-Pulizija ħatja ta’ ebda reat u illiberatom minn kull akkuża.
L-ispettur Sandro Camilleri millewwel irreaġixxa.
F’dan is-servizz li kien ħareġ fuq One News, tista’ ssegwi x’kienet qalet il-koppja.