Mhux ta’ spiss li sirna naraw parteċipanti li l-kanzunetta tagħhom tkun kollha bil-Malti għall-festival tal-Eurovison Song Contest f’Malta. Filwaqt li fil-passat kienet in-norma, fejn saħansitra kien hemm bosta rebbieħa li rrappreżentaw lil Malta b’kanzunetta Maltija, dan inbidel tul is-snin u issa n-norma saret li jippareteċipaw kanzunetti li huma miktubin bl-Ingliż.
Kien propju għalekk li bosta baqgħu mistaġbin meta l-kantanta Janice Mangion ħadet sehem bil-kanzunetta Kewkba fil-Eurovision Song Contest f’Malta ta’ din is-sena fejn b’leħen mill-isbaħ u lirika eċċezzjonali u emozjonanti saħħret lill-udjenza. Tant, li kisbet it-tieni post.
Il-kanzunetta issa ngħatat xeħta differenti, fejn permezz tal-għajnuna ta’ Cyprian Cassar ngħatat stil aktar modern fejn apparti minn hekk issa din il-kanzunetta għandha filmat mużikali ġdid biex jikkumplimentaha.