U min fi tfulitu ma semax u ma qarax id-Denfil…Ovvjament dan jgħodd għal dawk li għandhom ‘il fuq minn 25 sena. Id-Denfil kien ktieb b’tagħlimiet ħelwin marbuta mal-ħajja Maltija; uħud minnhom bi stejjer soċjali biex it-tfal jitgħallmu jgħinu lil xulxin u anke stejjer dwar l-ambjent u l-pajsaġġ Malti.
L-illustrazzjonijiet li kellu kienu jitfgħu lit-tfal f’dimensjoni ta’ ħsibijiet u immaginazzjoni li għadhom stampati f’ħafna mħuħ. O żmien ħelu…