L-anzjani għandhom memorji u esperjenzi u mdorrija jieħdu deċiżjonijiet. Tiftakru jekk qatt kienx hemm erba’ snin fejn żdied ix-xogħol u l-investiment b’dan il-mod?
Mistoqsija li għamel il-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat meta indirizza udjenza anzjana.
Fakkarhom li f’dawn l-erba’ snin sar ħafna. Twettqu tant proposti li kien mwegħda u li kien hemm min kellu dubju jekk qatt jistgħux jsiru. Dan id-dubju tneħħa meta bdiet issir id-differenza fil-ħajja tan-nies.
L-aqwa esperti huma l-familji Maltin u Għawdxin, qal Muscat. Dawn jistaqsu: il-familja qegħda aħjar? Il-pajjiż qiegħed aħjar? Taħt min jista’ jkollna futur aħjar li jwassal għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna?
Semma l-miżuri kollha għall anzjani u qal li l-calculator li nħadmu s-somom biegħa taħdem. Tkellem dwar ir-ried tiegħu li jkomli jwettaq. “Meta tgħaddi minn nar, l-azzar isir iktar b’saħħtu” qal Joseph Muscat.