Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport bi pjaċir iħabbar li l-votazzjoni tal-pubbliku għall-kategorija tal-People’s Choice Awards fil-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali hija miftuħa.
Il-pubbliku ġenerali għandu 15-il ġurnata sas-SIbt l-1 ta’ Marzu 2025 f’nofsinhar sabiex jivvota.
Għal darb’oħra, dan l-unur se jkun b’100% votazzjoni bl-SMS fuq in-numri li ġejjin:
NEIL AGIUS (GĦAWM OPEN WATER) 5061 5031
SAM CASSAR (BADMINTON) 5061 5032
JAKE CASTALDI (POOL) – 5061 5033
GIANLUCA CHETCUTI (SPARAR TRAP) – 5061 5034
BRIAN CINI (SNOOKER) – 5061 5035
BRYAN CORLETT (RUGBY FOOTBALL UNION) – 5061 5036
RODNEY GATT (TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL) – 5061 5037
KAYDEN LAGANÀ (BOWLING) – 5061 5038
FABIO SPITERI (TRIATHLON) – 5061 5039
TENISHIA THORNTON (WEIGHTLIFTING) – 5061 5040
Il-pubbliku jista’ jivvota kemm-il darba jrid b’kull SMS jiswa’ €0.58 ċenteżmu inkluż il-VAT.
Is-serata finali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt l-1 ta’ Marzu fil-Lukanda Westin Dragonara f’San Ġiljan u se tiġi trasmessa b’mod dirett fuq l-istazzjon sportiv TVMsport+ kif ukoll fuq il-mezzi soċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sport.
Ir-regolamenti aġġornati tal-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali jinsabu f’dan il-link:
https://www.maltasportsjournalists.com/ghazliet-sportivi-nazzjonali-rules-regulations-regolamenti/
Il-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali qed issir bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll grazzi għall-isponsors li huma SWEAT, National Lottery, Atlas Insurance, Bank of Valletta, Enemed, Responsible Gaming Foundation, VisitMalta, L-Awtorità Maltija għall-Integrità fl-Isport (AIMS), Colourbars, Teamsport u Bolt.