Omm tifla li sfat maqtula f’Southampton, l-Ingilterra, ddeskriviet lil bintha bħala “l-iktar tifla unika li qatt kont naf” hekk kif qalet li għamlet wegħda magħha nnifisha li mhux se tħalli l-memorja ta’ bintha tħalli din id-dinja.
Lucy McHugh, ta’ 13-il sena, instabet mejta f’masġar biswit iċ-Ċentru Sportiv ta’ Southampton f’ Lulju li għadda. Jidher li hija mietet kawża ta’ daqqiet ta’ sikkina.
Wara investigazzjonijeit ġodda li skattaw il-ġimgħa li għaddiet, ħabib tal-familja tal-vittma spiċċa arrestat fuq suspett li seta’ kien hu li qatel lit-tifla.
Ommha, Stacey White, iddeskriviet lil bintha bħala “tifla unika li dejjem kienet għaddejja b’xi ħaġa, jew mal-ħbieb, jew mal-familja…dejjem tiddeverti”.
Tant, li skont ommha, it-tifla għamlet iktar f’ħajjitha milli għamlu diversi persuni ikbar minnha.
“Kull fejn tkun dejjem bi tbissima, qatt ma naf li qalet li kienet wisq bieżla biex tgħin lil xi ħadd. Ikollha xi jkollha, dejjem issib ħin għal ħaddieħor”.