Tifla ta’ seba’ snin mietet mgħallqa f’darha f’Cardiff, wara li l-flokk li kienet liebsa weħel mal-pum tal-bieb ta’ barra. Il-Pulizija għadha ma tistax tistabbilixxi eżatt kif il-flokk li kienet liebsa t-tifla weħel mal-pum tal-bieb u eventwalment qatilha.L-inkjesta li nfetħet mill-Pulizija sa issa stabbillixiet li t-tifla, Kimora Zondo, wasslet id-dar mill-iskola f’Cardiff, u mal-ewwel biddlet l-uniformi għal flokk roża. Ħuha allegatament mar ifittixha, iżda ma setax jiftaħ il-bieb ta’ barra minħabba l-piż tat-tifla li ntillfet minn sensiha fuqu.
Hija mietet ftit tal-ħin wara fl-Isptar f’ Cardiff.