Tifla ta’ tmien snin weġgħet ħafif wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ il-Ħadd wara nofsinhar fil-Mistra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs tal-Ħadd meta seħħet ħabta bejn tliet karozzi: Kia misjuqa minn raġel ta’ 28 sena minn Ħal Lija, Suzuki misjuqa minn raġel ta’ 56 sena minn Tas-Sliema u Peugeot misjuqa minn mara ta’ 40 sena minn San Ġiljan li magħha kien hemm bintha ta’ 8 snin.
It-tifla ttieħdet l-isptar b’ambulanza l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, Triq il-Mistra, direzzjoni lejn ix-Xemxija ingħalqet għal xi ħin.