Tifla ta’ 8 snin tilfet ħajjitha filwaqt li madwar ħames persuni ndarbu wara li karozza saqet għal fuq persuni li kienu jinsabu f’ristorant tal-pizza f’Pariġi.
Uffiċjali li kienu fuq il-post sostnew li s-sewwieq ġie arrestat ftit wara li seħħ il-każ dal-lejl fil-villaġġ ta’ Sept-Sorts.
Intqal kif is-sewwieq x’aktarx wettaq dan l-att bi ħsieb, iżda m’hemm l-ebda suspetti li dan hu attakk terroristiku.
Il-Pulizija ta’ Franza sostnew li r-raġel mhuwiex mentalment stabbli u li kellu kondotta nadifa.