Francesca hija tifla ta’ tliet snin bil-kundizzjoni tad-Downs Sydrome li sa minn ċkunitha kellha l-imħabba għax-xena tal-ispettaklu.
Fi tmiem il-ġimgħa li għadda hija serqet il-qlub ta’ bosta Maltin wara li rnexxielha tirbaħ kompetizzjoni tal-immudellar.
Matul dan l-avveniment imtella’ minn Ivan Gaffiero, Francesca rebħet bosta titli fosthom Little Cute Model, Best Televoting u Second in her category.
Fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, Michelle, omm Francesca tat ħajr lill-organizzaturi tal-avveniment u lil kull min ivvota għal bintha għaliex tenniet li dawn qegħdin jagħmlu bidla fil-ħajja ta’ bintha.
Ritratt: Michelle Rausi