Tifla ta’ sentejn ddaħħlet l-isptar għall-kura wara li ttajret fil-Ħamrun. Il-każ seħħ fi Triq id-Duluri.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li ta l-ewwel kura medika lit-tifla sakemm ittieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post hemm uffiċjali mit-taqsima tal-muturi ta’ Transport Malta li qed jassistu l-immaniġġjar tat-traffiku.
Il-każ qed jiġi mistħarreġ mill-Pulizija tad-Distrett. Il-kundizzjoni tat-tifla għadha mhux magħrufa.