Tifla ta’ seba’ snin instabet mejta matul il-lejl tal-Ħadd 21 ta’ Jannar 2018.
Intqal dan fi stqarrija mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali fejn qal li hu nfurmat li tifla Niġerjana kienet tgħix fir-residenza tad-Dumnikani f’Ħaż-Żabbar flimkien mal-ġenituri tagħha u ż-żewġ hutha.
Il-kawża attwali tal-mewt għad trid tiġi stabbilita.
Il-Ministeru infurmat li dwar dan l-inċident qed issir inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D. Sadattant l-Aġenzija Appoġġ qiegħda ssegwi mill-qrib dan il-każ fl-aqwa interess tal-familja.