Rapporti qed jgħidu li tifla ta’ bejn il-ħdax u t-tnax-il sena wettqet attakk b’arma tan-nar fi skola fl-Istat Amerikan ta’ Idaho, fejn indarbu żewġ studenti u għalliem.
Jidher li t-tliet vittmi ma ndarbux serjament, hekk kif għalliema oħra rnexxielha żżomm lit-tifla taħt kontroll sakemm waslu l-Pulizija fuq il-post.
Ir-raġuni wara dan għadha mhux magħrufa.