Tifla ta’ ħdax-il sena ħadet l-inizjattiva biex f’għeluq sninha tiġbor flus għal Puttinu Cares.
Fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares fuq Facebook, ingħad li Katrina Zammit ġabret is-somma ta’ €600 għal għan nobbli minflok rigali għaliha kif ikunu jixtiequ ħafna tfal.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Filwaqt li nawguraw lil Katrina f’għeluq sninha, ngħidulha proset għal dan il-ġest ta’ karità ma’ tfal inqas ixxurtjati minnha u nħeġġu tfal oħrajn jimxu fuq il-passi tagħha.