Tifla ta’ ħdax-il sena se tkun qed issir l-iżgħar omm fir-Renju Unit. It-tifla li isimha ma setax jixxandar minħabba li għadha taħt l-età se tkun qed twelled it-tarbija tagħha fiż-żmien li ġej. Il-Pulizija qed jinvestigaw dan il-każ, hekk kif huwa mifhum li missier it-tarbija huwa biss ftit snin akbar mill-omm.
Dan il-każ ħareġ ftit jiem wara li mara li kienet meqjusa bħala l-iżgħar omm fir-Renju Unit ħabbret li kienet qed tistenna t-tieni tarbija tagħha, għaxar snin wara.
Tressa Middleton, minn l-Iskozja, kellha biss tnax-il sena meta kellha lil bintha wara li kienet ġiet stuprata minn ħuha. Hija rabbiet lit-tifla tagħha sakemm għalqet sentejn, iżda bintha ttieħdet mill-awtoritajiet wara li kixfet l-identità tal-missier.
Hija stqarret li t-tarbija tagħha mhux se tkun qed tieħu post l-ewwel wild tagħha, li dan is-Sajf se tagħlaq ħdax-il sena.
Middleton kienet l-iżgħar omm fir-Renju Unit sal-2014, wara li tifla minn Londra kellha tarbija ħames xhur qabel qabel din l-omm. Hija kellha l-ewwel tarbija tagħha mal-missier ta’ tlettax-il sena u għalhekk kienu l-iżgħar koppja li kellhom tarbija.