Tifla ta’ 8 snin salvat lil ommha mill-mewt wara li ommha niżlilha z-zokkor.
Kienet waqt li kienet rieqda li t-tifla semgħet ħsejjes, bħallikieku ommha kienet qed tonħor, mill-kamra tas-sodda ta’ ommha. Minn hemm hi telqet tiġri fil-kamra ta’ ommha, xegħlet id-dawl u ppruvat tqajjimha.
Ġara li l-omm baqgħet ma rrispondietx bit-tifla ġiet konxja li l-każ seta’ kien wieħed ta’ emerġenza medika u għalkemm il-każ kien wieħed xokkanti, xorta baqgħet kalma. It-tifla kienet taf li ommha kellha d-dijabeta u li seta’ niżlilha z-zokkor, anke jekk kienet l-ewwel darba li rat xi ħaġa ta’ dan it-tip b’għajnejha.
It-tifla baqgħet tiftakar il-passi neċessarji biex tgħin lil ommha fejn minn hemm ċemplet lill-qraba, ċemplet ambulanza u poġġiet lil ommha dawritha fuq ġenbha u niżlet tiġri isfel tqajjem lill-ġirien.
Sorsi kkonfermaw ma’ one.com.mt din l-istorja fejn spjegaw kif kien grazzi għall-azzjoni mmedjata li ħadet it-tifla li salvat ħajjet ommha.
Huma sejħu lit-tifla bħala eroj u faħħritha għal dak li għamlet.