Tifla ta’ seba’ snin tinsab f’qagħda kritika fl-isptar ta’ New Delhi wara li kellha tagħmel operazzjoni għall-ġrieħi li ġarrbet wara li ġiet stuprata b’pajp tal-ilma. B’rabta ma’ dan il-każ ġie arrestat żagħżugħ ta’ 21 sena, liema stupru seħħ fid-distrett ta’ Shahdara.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li t-tifla, li ġejja minn familja fqira, ttieħdet f’park fil-qrib fejn ġiet attakkata.